It-tifel ta’ Neville jinteressa lil Man Utd

It-tifel tal-eksplejer internazzjonali Ingliż Phil Neville qed jinteressa mhux ftit lil Manchester United.
Harvey Neville laqat l-għajn tal-iskawts tar-Red Devils waqt logħba li lagħab mat-tim tiegħu Valencia fil-kampjonat taż-żgħażagħ.
Fl-eta’ tenera ta’ 15-il sena, ħafna qabblu l-wirjiet ta’ Harvey ma’ dawk li kien ikollu David Beckham fl-ewwel snin tiegħu mat-tim minn Old Trafford.
Skont is-sit SuperDeporte, id-diriġenti tal-United lesti li jieħdu lil dan iż-żagħżugħ lura f’pajjiżu sabiex jimxi fuq il-passi ta’ missieru illi għamel aktar minn għoxrin sena jilgħab bil-flokk aħmar ta’ Manchester United.