​It-tifel ta’ Mourinho fl-istaff tekniku ta’ Man Utd

Jose Mario Mourinho li jiġi iben il-kowċ ta’ Manchester United Jose Mourinho ingħaqad mal-istaff tekniku tar-Red Devils. Hu ddebutta f’dan ir-rwol fi tmiem din il-ġimgħa meta l-United għelbu lil Swansea City fil-kampjonat bl-iskor ta’ 2-0. 
Jose Mario kien gowlkiper fl-iskwadra taż-żgħażagħ ta’ Chelsea, Inter u Real Madrid iżda jidher illi rtira mix-xena bħala plejer sabiex jimla l-post mogħti lilu bl-aħjar mod possibbli. 
Huwa mlaqqam bħala Zuca u jammira ħafna dak li għamel missieru matul il-karriera tiegħu ta’ kowċ.