It-tifel ta’ Gaddafi jitlob l-għajnuna tal-Gvern Ingliż

L-avukat li qed jirrapreżenta lil Saif al Islam, it-tifel ta’ Gaddafi, qed jinsisti għall-għajnuna mill-Gvern Ingliż. Dan biex jagħmel dak kollu meħtieġ biex jevitaw li Saif al Islam jgħaddi ġuri fil-Libja. B’hekk ma jgħaddix ġuri fil-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) f’The Hague.

L-avukat John Jones qed jibża’ li l-klijent tiegħu se jkun suġġett għal ġuri li ddeskrivih bħala ‘show trial’ u jiġi kkundannat għall-mewt. Saif al Islam qed jaffaċċja akkużi dwar krimini tal-gwerra u krimini kontra l-umanità.

Dan it-tħassib qed jiġi wara li Qorti Libjana ikkundannat għal mewt l-Ex Ministru tal-Edukazzjoni tar-reġim ta’ Gaddafi, Ahmed Ibrahim.

L-avukat ta’ Saif al Islam kompla li jekk Saif jiġi kkundannat għal mewt, l-eżekuzzjoni ta’ tiegħu tkun kisret l-ordnijiet tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u ghalhekk il-Gvern Ingliż għandu l-obbligu morali u legali li jintervjeni biex jiġi trasferit lejn The Hague.

Saif al Islam, kien maqbud mir-ribelli fil-belt Libjana, Zinton waqt li kien qed jipprova jaħrab lejn in-Niġerja f’Novembru 2011 u minn dakinhar qed jinżamm arrestat fl-istess belt.