‘Iben Gaddafi għandu jkollu rwol fil-politika Libjana’ – ir-Russja

REUTERS: Saif al-Islam Gaddafi

Mikhail Bogdanov, il-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, qal lill-midja li t-tifel ta’ Muammar Gaddafi, l-Eks Kap tal-Libja, għandu jkollu rwol fil-politika Libjana.

Saif al-Islam Gaddafi, li huwa l-iktar tifel magħruf tal-Eks Mexxej, intqal li huwa f’kuntatt frekwenti mar-Russja, u li bagħat ittra bl-ideat tiegħu għall-futur tal-Libja. In-Nazzjonijiet Magħquda u l-poteri tal-Punent ilhom snin jagħmlu pressjoni għall-elezzjonijiet fil-Libja.

Muammar Gaddafi kien inqatel fir-revoluzzjoni tal-2011. It-tifel tiegħu, Saif, kien arrestat u meħlus wara ftit żmien u jitqies minn ftit bħala r-riformista suċċessur ta’ missieru u għadu figura importanti għal dawk li għadhom leali għar-reġim ta’ missieru.