It-tifel ta’ Evelyn u Adrian itiha għat-tisjir!

Lil Jamie rajnieh ftit tal-ġimgħat ilu fl-ewwel puntati tas-sensiela ta’ nhar ta’ Tnejn F’Ġieħ L-Imħabba fuq TVM u proprju llum taħt is-superviżjoni tal-mamà tiegħu Evelyn Saliba La Rosa, it-tifel beda jtiha wkoll għat-tisjir.

Fil-fatt Jamie beda jagħmel il-kejkijiet u dan b’risq is-santwarju tal-annimali Noah’s Ark. Evelyn qaltilna li kien it-tifel li ħa l-inizjattiva u għamel kważi kollox waħdu!

Li se jiġri hu li dan iċ-ċkejken flimkien ma’ ommu Evelyn għada l-Erbgħa 22 ta’ Jannar se jkunu qed iduru l-ġirien tagħhom fix-Xemxija bejn l-4.30pm u s-6.00pm biex jiġbru donazzjonijiet b’risq Noah’s Ark. Kull min se jkun qed jagħti donazzjoni se jkun qed jingħata slajs kejk milli għamel Jamie bl-għajnuna ta’ Evelyn.

Inizjattiva tassew sabiħa li nitttamaw li naraw ħafna oħrajn jagħmlu simili tagħha.

Wieħed mill-bosta kejkiet li Jamie qed jagħmel illum

Prosit Jamie! Prosit Evelyn!

U tinsewx toffru slajs kejk lil Adrian, il-papà ta’ Jamie!