It-tifel li twaddab 10 sulari ‘l isfel f’Londra stabbli

It-tifel ta’ sitt snin li żagħżugħ waddab 10 sulari ‘l isfel f’Londra mill-bini Tate Modern jinsab f’kundizzjoni kritika imma stabbli.

Dan ġie rrappurtat mill-midja Ingliża waqt li llum iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena deher fil-qorti l-ewwel darba, akkużat b’attentat ta’ qtil. Is-seduta kienet waħda qasira, li waqtha, iż-żagħżugħ ikkonferma l-identità tiegħu – żagħżugħ ta’ 17-il sena mir-Renju Unit.

Aqra: Ta’ 17 iwaddab tifel ta’ 6 snin minn 10 sulari f’Londra

Iż-żagħżugħ kien liebes ġakketta griża u qalziet sportiv griż u kellu daqna. Huwa qed jinżamm arrestat f’taqsima taż-żgħażagħ u għandu jerġa’ jidher quddiem il-qorti nhar il-Ħamis li ġej.

Fil-qorti ħareġ li l-vittma Franċiż, li mhuwiex jissemma ismu, ħariġlu d-demm minn moħħu u għandu ksur f’dahru, f’idejh u f’saqajh. Jinsab f’qagħda kritika imma stabbli fl-isptar. Il-ġenituri tiegħu qed jingħataw sapport minn uffiċjali tal-pulizija.

Il-post fejn ikun hemm il-wirjiet f’Tate f’Londra ilu magħluq mindu ġara l-inċident nhar il-Ħadd li għadda. Scotland Yard qalu li m’hemm l-ebda rabta bejn is-suspettat u l-vittma.