It-tifel li darab lil ommu jheddidha li joqtolha

Iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena li darab ħafif lil ommu f’Wied il-Għajn, heddidha li joqtolha hekk kif intemmet is-seduta tal-Qorti.
Għaldaqstant, l-omm reġgħet daħlet fl-awla.
Aktar kmieni waqt li kienet qed tisma’ l-każ, il-Maġistrat Doreen Clarke wissiet liż-żagħżugħ li biex tagħtih il-libertà għandu joqgħod għall-kundizzjonijiet fosthom li jmur għall-kura biex jikkontrolla r-rabja li għandu u li jibqa’ d-dar bejn id-9pm u s-6am.
Huwa aċċetta l-kundizzjonijiet u l-omm qalet fil-Qorti li trid lil binha jibqa’ jgħix magħha.
Madankollu wara li t-tifel heddidha, l-omm sostniet li ma tridux id-dar magħha.
Il-Qorti ddeċidiet li ż-żagħżugħ imur joqgħod f’dar residenzjali għaż-żgħażagħ.