It-tifel involut fl-inċident fatali joħroġ mill-isptar

Luke Zerafa

It-tifel ta’ 12-il sena li kien involut fil-ħabta fatali nhar il-Ħadd li għadda ħareġ mill-Isptar Mater Dei. Dan qalitu fuq Facebook iz-zija tat-tifel, li rringrazzjat lil Alla li tifel intbgħat id-dar. Il-bużnanna tat-tifel li kienet ukoll fil-vettura għadha l-Isptar Mater Dei.

AQRA: Graziella u Fallon Mallia – iż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-Imġarr

Ilbieraħ sar il-funeral ta’ Graziella u Fallon Mallia li tilfu ħajjithom traġikament nhar il-Ħadd li għadda wara li kienu sejrin lura d-dar wara li marru jaraw dramm tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Imġarr.

Il-ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq l-Imġarr il-Ħadd filgħaxija, sewa l-ħajja ta’ żewġ nisa, filwaqt li ħalla tifel ta’ 12-il sena u mara anzjana jissieltu għal ħajjithom u ħames persuni midruba.

AQRA: Filmat: “Kienu sejrin lura d-dar wara d-dramm tal-Imġarr” – Patri Giuliano

AQRA: Aġġornata(3): Filmat: 2 mejta; 2 fil-periklu tal-mewt u 4 midruba fl-Imġarr