It-tifel Eritrean jinġieb Malta biex jingħaqad ma’ missieru

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, f’koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, temm b’suċċess ħidma biex Abel Teages, it-tifel ta’ tliet snin mill-Eritrea, jinġieb Malta biex jingħaqad ma’ missieru.
It-tifel spiċċa waħdu l-Libja meta ommu li kienet qegħda tipprova taħrab bih, mietet f’inċident.
Meta ġara l-każ, il-Kummissjoni Emigranti għamlet appell u wara, ġie stabbilit fejn kien jinsab it-tifel. 
Permezz tal-għajnuna tal-UNHCR, dan t-tifel ittieħed f’post sigur fi Tripli taħt il-protezzjoni ta’ entità internazzjonali.
Kuntatti oħra wasslu biex il-linja tal-ajru Medavia offriet li ġġib lil dan it-tifel b’xejn b’titjira li mistennija tasal Malta llum.