It-tifel b’qalb ġdida jerġa’ jilgħab il-futbol

Iċ-ċkejken Nigel Spiteri, it-tifel ta’ 12-il sena li ftit tax-xhur ilu għadda minn trapjant tal-qalb issa reġa lura fil-grawnd tal-futbol sabiex ikompli jagħmel dak li tant iħobb.
It-tifel kien ilu ma jirfes fuq il-grawnd tal-futbol sabiex jilgħab xi logħba man-nursery tan-Naxxar Lions xi sena, hekk kif kellu bżonn tul ta’ żmien sabiex jirkupra sew mill-operazzjoni delikata li għadda minnha.
Nigel huwa l-aktar magħruf għall-mod kif seraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin bil-kummenti sinċieri tiegħu fuq it-televixin Malti.
F’kumment li kien ta’ lil Xarabank it-tifel spjega l-kundizzjoni tiegħu hekk:  “Kieku tgħidli li għandi qalbi tajba, ngħidlek iva għax għandi qalbi tajba u nħobb ngħin ħafna nies, imma qalbi mhux qed taħdem tajjeb”.