It-tieni vittma tal-Coronavirus fl-Italja

Paniku fir-reġuni ta’ fuq tal-Italja hekk kif żewġ persuni mietu kawża tal-coronavirus f’żewġ reġjuni differenti.

Adriano Trevisan, anzjan ta’ 78 sena miet fi sptar ilbieraħ waqt li ftit sigħat biss wara, mara oħra fil-Lombardija tilfet ħajjitha kawża tal-istess virus.

B’kollox kien hemm 29 dawk infettati b’dan il-virus, bil-maġġor parti tal-każijiet huma fir-reġjun tal-Lombardia jew il-Veneto.

Fil-ġurnata tas-Sibt, wasal fl-Italja, l-ajruplan li evakwa numru ta’ Taljani li kienu abbord il-bastiment Diamond Princess. Huma inżammu fi kwarantina.

Il-Prim Ministru Giuseppe Conte qal li m’hemmx lok għall-allarm, għaliex l-awtoritajiet Taljani qed isegwu mill-qrib l-aħħar iżviluppi marbuta mal-Coronavirus