It tieni u t-tielet Beatitudnijiet

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm JienInt li jixxandar fil-4.30pm fuq l-istazzjon Net, Francesca Polidano se titkellem ma’ Karl Wright u Mariella Chetcuti dwar it tieni u t-tielet Beatitudnijiet – “Ħenjin l-imnikkta għax huma jkunu mfarrġa”, u “Ħenjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art”.

Xi jfissru verament dawn il-Beatitudnijiet? Kif jista’ jkun li wieħed imnikket ikunu ħieni, u min huma dawk ta’ qalbhom ħelwa?

Fl-ewwel parti tal-programm, Francesca anke titkellem mal-mistiedna dwar il-ħajja tagħhom u kif qed jgħixu dan iż-żmien tal-Covid-19.