It-tieni titjira tal-Air Malta f’jumejn li ntlaqtet mill-għasafar

Read in English.

Għat-tieni darba f’temp ta’ jumejn, titjira tal-Air Malta kellha titħassar wara li l-ajruplan jintlaqat mill-għasafar.

It-titjira tal-Air Malta KM 662 minn Palermo, għal Malta tħassret dalgħodu wara li l-ajruplan intlaqat mill-għasafar.

L-ajruplan kien qed jirranka biex itir meta ntlaqat mill-għasafar u għalhekk, għas-siġurtà tal-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ, il-bdot reġa’ niżżel l-arjuplan. Waħda mill-magni ġarbet ħsarat konsiderevoli.

Fi stqarrija, l-Linja Nazzjonali tal-Ajru, Air Malta qalet li wara l-ħsarat li ġarab dan l-arjuplan u l-ieħor li kien involut f’ inċident simili f’ Southend, Londra, mistennija dewmien fl-iskeda tal-Air Malta.