It-tieni nominazzjoni għas-siġġu ta’ Miriam Dalli

Il-Kummissjoni Elettorali kkonfermat li rċeviet it-tieni nominazzjoni għas-siġġu parlamentari vakanti fil-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni Elettorali qalet li Robert Micallef tefa’ n-nomina tiegħu matul il-ġurnata tas-Sibt. Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019 huwa kien ġab 595 vot mal-ewwel għadd u kien l-unika persuna li tefa’ n-nomina tiegħu llum wara li lbieraħ Cyrus Engerer tefa’ n-nominazzjoni tiegħu għal din l-elezzjoni. Cyris Enegerer kien ġab 5,394 vot fl-ewwl għadd.

Dan is-siġġu fil-Parlament Ewropew jinsab vakanti wara li Miriam Dalli rreżenjat mill-Parlament Ewropew u kisbet siġġu parlamentari fil-Parlament Malti.

Il-Kummissjoni Elettorali qalet li llum ħadd ma tefa’ n-nomina tiegħu għas-siġġu parlamentari fit-13-il distrett. Dan is-siġġu jinsab vakanti wara l-mewt ta’ Frederick Azzopardi. S’issa hemm nominazzjoni waħda ta’ Maria Portelli.

Dawn iż-żewġ elezzjonijiet każwali se jsiru l-Ħamis 5 ta’ Novembru, 2020.