It-tieni midalja tal-bronż għal Malta fil-logħob tal-Commonwealth

It-tiratur tat-trap Brian Galea rebaħ il-midalja tal-bronż fit-trap fil-logħob tal-Commonwealth. 
Din hija t-tieni midalja li rebaħ it-tim Malti wara li ftit jiem ilu t-tim femminili tal-Lawn Bowls ukoll rebaħ il-bronż.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal li dan ikompli jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jinvesti fl-atleti u fl-infrastruttura sportiva.
Fi stqarrija Grima flimkien ma’ SportMalta ferħu lit-tritatur Brian Galea u lill-kowċ tiegħu Frans Bugeja, lill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar u lill-Kumitat Olimpiku Malti għal dan is-suċċess.
Stqarrija tal-PN
Fi stqarrija separata, id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista (PN) Ryan Callus qal li dawn ir-riżultati jfissru suċċess wara nuqqas ta' midalji f'dawn l-aħħar żewġ edizzjonijiet. Huwa qal ukoll li dan ir-riżultat għandu jissarraf f'aktar investiment fl-isport biex jinkisbu aktar riżultati prestiġġjużi għal Malta.
Il-PN feraħ ukoll lil Galea.
Ritratt – MEDE_PS