It-tieni mewġa fil-Ġermanja bdiet – Union tat-Tobba

REUTERS/Andreas Gebert

L-Union tat-Tobba Ġermaniżi qalet li l-Ġermanja qed tesperjenza t-tieni mewġa li pero mhux tal-istess qilla daqs l-ewwel waħda. 

Susanne Johna qalet li l-isptarijiet Ġermaniżi jinsabu preparati, tant li l-isptarijiet qed jippreparaw is-sodod għal każijiet varji biex jimmitgaw l-eventwalita li jkollhom jintużaw it-taqsimiet tal-kura intensiva. 

Fil-Ġermanja hemm 21,000 sodda fit-taqsimiet tal-kura intensiva. 270 minnhom huma okkupati minn pazjenti tal-Covid-19. 

Johna qalet li s-saħħa tat-tieni mewġa mhux komparabbli mal-ewwel waħda. Hija saħqet li filwaqt li kulħadd irid normalità, il-Ġermanja mhux pajjiż normali, għax il-Ġermaniżi mhux jobdu r-restrizzjonijiet u l-miżuri ta’ prevenzjoni. 

Fl-aħħar 24 siegħa l-Ġermanja kellha 879 każ ġdid.