Filmat: It-tieni Maltija tkanta fil-programm ta’ Canale 5 – Io Canto

Shauna Vassallo ta’ 13-il sena hija t-tieni tfajla Maltija li ħadet sehem fil-programm popolari Taljan Io Canto fuq l-istazzjon Canale 5.

Hija kantat il-kanzunetta "Feeling Good" ta’ Michael Bubblé.

Il-programm ixxandar il-bieraħ filgħaxija u kien ippreżentat minn Gerry Scotti.

Il-premju finali f’din il-kompetizzjoni huwa kors ta’ taħriġ mal-Akkademja tal-Films fi New York. 

Fil-programm tal-ġimgħa li għaddiet, tifla oħra Maltija, Veronica Rotin ta’ 9 snin ħadet sehem bil-kanzunetta “And I'm telling you" ta’ Jennifer Hudson. 

Filmat: http://www.video.mediaset.it/video/io_canto/esibizioni/407567/feeling-good.html