It-tieni każ tal-Ebola fl-Istati Uniti

Testijiet preliminari sabu ħaddiem fil-qasam tas-saħħa f’Texas, l-Istati Uniti, pożittiv għall-virus tal-Ebola.
Dan il-ħaddiem kien wieħed minn dawk li ħadu ħsieb il-kura ta’ Thomas Duncan li miet bl-Ebola l-Erbgħa li għadda.
Il-Kummissarju tad-Dipartiment tas-Saħħa f’Texas qal li kienu qed jistennew li jitfaċċa t-tieni każ ta’ Ebola fl-Amerika u kienu preparati tajjeb għalih.
Il-ħaddiem, li ismu ma ġiex ippublikat, kien iżolat u sarulu t-testijiet wara li kellu deni qawwi. Id-Dipartiment tas-Saħħa qed ifittex lill-persuni viċin il-ħaddiem biex isirulhom it-testijiet.
Fl-aħħar xhur 8,300 persuna kienu kkonfermati jew suspettati li għandhom l-Ebola u 4,033 persuna tilfu ħajjithom.
Il-maġġoranzja tal-każijiet seħħew fil-Liberja, il-Ginea u Sjerra Leone.