It-tieni jum konsekuttiv mingħajr każi ġodda tal-coronavirus

swabbing center

Read in English.

Għat-tieni jum konsekuttiv, Malta ma sabet l-ebda każ ġdid tal-coronavirus. Dan ħareġ mill-infografika ppubblikata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa. L-infografika tirrimarka kif din hija l-ewwel darba mis-7 ta’ Marzu li Malta rreġistrat jumejn fuq xulxin mingħajr każi ġodda.

Matul il-jum tal-bieraħ saru total ta’ 927 swab test. B’kollox s’issa saru total ta’ 89,621 swab test.

OFFICIAL COVID-19 figures for 23•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Tuesday, June 23, 2020

Intant, jidher li fiqet persuna oħra dan sabiex l-għadd ta’ persuni pożittivi għall-virus fil-pajjiż issa jinżel għal 38 persuna.

Mis-7 ta’ Marzu s’issa, instabu total ta’ 665 każ tal-coronavirus. Minnhom fiqu total ta’ 618 u mietu disa’ persuni.