It-tieni ittra anonima lill-ġurnalist tal-Orizzont

Il-ġurnalist tal-Orizzont Victor Vella rċieva ittra anonima oħra mill-istess persuna li bagħtitlu ittra razzista l-ġimgħa li għaddiet.
F’din it-tieni ittra, il-persuna anonima talbet skuża għat-tieni parti tal-ewwel ittra.
Fost l-oħrajn assiguratu li l-ittra qatt ma kienet intiża li tkun ta’ xi forma ta’ theddida lilu jew lill-familja tiegħu.
Il-persuna qalet ukoll li tikklassifika lilha nnifisha fost l-aktar 50 persuna li jibqgħu jaduraw lill-Perit Duminku Mintoff sal-aħħar nifs ta’ ħajjithom.
Iżżid tgħid li fadlilha poster tal-Perit Mintoff mill-1971, iżda qatt ma rsistiet biex takkwista poster ta’ Alfred Sant u Joseph Muscat.
L-ittra tagħlaq bil-frażi: “J’Alla l-Etjopja tgħaddi għat-Tazza tad-Dinja li jmiss.”
Ritratt: inews