It-tieni ħaddiem tal-Enemalta jeħel sentejn ħabs

It-tieni ħaddiem tal-Enemalta akkużat bit-tbagħbis tal-ismart meters ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs. 
Il-ġimgħa li għaddiet, Carmel Vella ta’ 55 sena miż-Żejtun, ammetta l-akkużi li xaħħam u ffroda lill-Enemalta.

Vella huwa t-tieni impjegat tal-Enemalta li ntbagħat il-ħabs, wara li Paul Pantalleresco kien ukoll ammetta akkużi simili. Dan tal-aħħar ukoll ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs. 
Carmel Vella, li ġie akkużat illum, ammetta li bagħbas 10 meters tad-dawl u talli ffroda lill-Enemalta €3,000.