It-tieni ħabta b’mutur; 2 l-isptar

Sewwieq ta’ mutur ta’ 45 sena mill-Imtarfa u mara ta’ 49 sena minn Ħaż-Żebbuġ li kienet passiġġiera miegħu, ġarrbu xi ġrieħi f’inċident fl-Imtarfa stess.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45pm fi Triq San David bejn mutur u karozza.  Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 55 sena mill-Imtarfa wkoll.

Is-sewwieq tal-mutur u l-passiġġiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Filwaqt li s-sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi ħfief, il-mara sofriet ġrieħi gravi.