It-tieni grupp ta’ immigranti tal-Aquarius għal-Lussemburgu

DOI - Omar Camilleri

It-tieni grupp ta’ immigranti li waslu Malta fuq il-bastiment tal-Aquarius telqu dalgħodu għal-Lussemburgu. Dan tħabbar fi stqarrija tal-Gvern.

Il-bastiment tal-Aquarius kien daħal fil-port Malti fil-15 ta’ Awwissu u abbord kellu 141 immigrant. Dawn se jkunu qed jiġu rilokati fi Franza, l-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Portugall u Spanja.