Filmat: It-tieni eliminat tal-lejla

Wara li ma kienx hemm qbil bejn l-erba’ membri tal-ġurija, id-deċiżjoni finali waqgħet f’idejn il-pubbliku, skont mill-voti kif kienu daħlu.

Ray Mercieca jrid jibgħat id-dar lil Yazmin & James

Howard jrid jibgħat id-dar lil Dav. Jr

Alexandra trid tibgħat id-dar lil Yazmin & James

Ira Losco trid tibgħat id-dar lil Dav.Jr

Kien għalhekk li saret is-sing off bejn Yazmin & James u Dav Jr.

Dav Jr ġab l-inqas ammont ta’ voti u b’hekk huwa t-tieni eliminat waqt it-tieni live show ta’ X Factor Malta.