It-tieni elezzjoni f’ħames xhur f’Iżrael

Il-poplu Iżraeljan mistenni jivvota fl-elezzjonijiet bikrija wara li l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu ma jrnexxilux jifforma kolazzjoni fl-elezzjoni ta’ April.

L-aħħar stħarriġ ta’ opinjoni pubblika, qed jara l-partit tal-Lemin Likud u ċ-ċentristi tal-Blu u l-abjad tal-ex kap militari Benny Gantz jinsabu ras imb’ ras.

L-ebda partit ma qatt irnexxielu jirbaħ il-maġġoranza assoluta fil-Knesset mill-1948.

L-aktar Gvern riċenti ta’ għaqda nazzjonali fl-Iżrael kien iffurmat fl-1984 meta l-eks-kap tal-Partit Laburista Shimon Peres u l-eks-kap tal-Likud Yitzhak Shamir kienu jalternaw it-tmexxija meta l-kampijiet fuq ix-xellug u l-lemin ma kinux irnexxielhom jakkwistaw il-maġġoranza ta’ siġġijiet fil-Knesset.