Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa l-Ġimgħa filgħodu kkonferma li anzjana ta’ 78 sena tilfet ħajjitha wara li nstabet pożittiva għall-coronavirus. Hi kienet fost tliet vittmi tal-Covid-19 irrappurtati matul il-jum tal-bieraħ. Skont rapporti hija kienet ttestjat negattiv fit-tieni test tal-Coronavirus.
L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19 fit-28 ta’ Awwissu u fid-9 ta’ Settembru.
Ilbieraħ, l-anzjana ddaħħlet l-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei mill-Isptar Monte Carmeli u mietet ilbieraħ stess waqt li kienet fit-Taqsima tal-Emerġenza. Kif inhi prassi, sar swab test waqt li kienet l-Emerġenza li kkonferma lill-pazjenta pożittiva bil-Covid-19.
Hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Fl-Isptar Monte Carmeli għaddej ix-xogħol ta’ contact tracing biex jiġu ttestjati l-persuni li seta’ kellhom kuntatt mal-persuna.
Hija tiġi t-28 vittma tal-COVID-19 f’Malta.
Dalgħodu, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani, li kienu residenti f’żewġ djar tal-anzjani separati, mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.