It-tielet jum mingħajr każijiet ġodda tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

L-ebda każ ta’ coronavirus ma nstab fl-aħħar 24 siegħa. Dan kien it-tielet jum konsekuttiv mingħajr każijiet tal-Covid-19 f’Malta.

B’kollox saru 923 test.

Fiequ sitt persuni, u issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 32 persuna. Fost dawn, hemm 11-il pazjent li għadhom fl-isptarijiet: tnejn fl-Isptar Mater Dei, persuna fl-Isptar Karin Grech, tlieta fl-Isptar Boffa, u ħamsa fl-Isptar San Tumas.

OFFICIAL COVID-19 figures for 24•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Wednesday, June 24, 2020

Fuq Twitter, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li s’issa ġiet ittestjata 20% mill-popolazzjoni Maltija.