It-tielet inċident tat-traffiku dalgħodu…ġuvni ikorri gravi f’San Ġiljan

Inċident tat-traffiku ieħor kmieni dalgħodu…ġuvni ta’ 19-il sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.

Il-Pulizija qalet li jirriżulta li l-vettura li kienet qed tinstaq minn dan il-ġuvni, spiċċat fuq central strip ftit qabel il-mini li hemm fl-istess triq. Il-ġuvni huwa residenti r-Rabat Malta u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.