It-tielet ħabta b’mutur illum; iweġġa’ gravi

Raġel li kien qed isuq mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku; it-tielet wieħed li seħħ illum b’involviment ta’ mutur.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li dan l-inċident seħħ għall-ħabta tal-3:45 pm fi Triq il-Kanun f’Santa Venera.

L-inċident seħħ bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Tas-Sliema u mutur misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Qormi.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei.

Raġel li kien qed isuq mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ trakk fis-Siġġiewi.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq l-Imqabba għall-ħabta tas-2:30 pm.

F’inċident ieħor mutur u karozza ħabtu flimkien fin-Naxxar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Vjal 21 ta’ Settembru għall-ħabta tas-6:00 pm.