“It-Tielet Gwerra Dinjija wara l-bieb” – Ican

It-test nukleari tal-Korea ta’ Fuq li sar f’Settembru li għadda ma ħalliex biss impatt xokkanti fuq id-diplomazija bejn il-pajjiżi imma ħoloq ukoll terremot ta 6.3 fuq l-Iskala Richter.
Diversi aftershocks għadhom jinħassu fl-akwati ta’ fejn sar it-test sal-ġurnata tal-lum,tant li s-Sibt li għadda l-Osservatur Ġeoloġiku tal-Istati Uniti qal li nħassu żewġ skossi qawwija.
Fit-3 ta’ Settembru il-Korea ta’ Fuq pruvat l-aktar bomba nukleari b’saħħitha li għandha u pruvat taħbi dan bi stqarrija fejn qalet li kienet qed tipprova bomba tal-idroġenu.
Sadanittant l-organizzazzjoni tal-Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni ta’ Armi Nukleari (Ican) qalet li t-Tielet Gwerra Dinjija tinsab wara l-bieb.
Waqt li kienet qed tingħata l-Premju Nobel għal Paċi d-direttur tal-Ican Beatrice Fihn qalet li l-mewt ta’ miljuni ta’ persuni tinsab wara l-bieb u kedda biss `il bogħod.
Fihn sostniet li l-bniedem jeħtieġ li jieħu deċiżjoni, jew intemmu l-armi nukleari jew intemmu l-eżistenza tal-bniedem.
Dan hekk kif it-tenzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq aktar ma jmur dejjem qed tiżdied tant li l-kriżi spiċċat ibbażata fuq finijiet egoistiċi.
Ritratt: Ben Jennings