It-tieġ tal-Prinċipessa Beatrice mhux se jixxandar fuq it-TV Ingliż

Ritratt: Twitter/The RoyalFamily minn ritratt meħud minn Princess Eurgenie

Il-familja Rjali Ingliża mistennija fil-jien li ġej tikkonferma li d-data tat-tieġ tal-Prinċipessa Beatrice ma’ Edoardo Mapelli Mozzi se tkun fid-29 ta’ Mejju. Iċ-ċerimonja mistennija li ssir f’The Chapel Royal f’St James’s Palace filwaqt li r-riċeviment misteni jsir f’Buckingham Palace, l-istess kif kienu għamlu d-Dukessi ta’ Cambridge fl-2011.

Iżda b’differenza minn tiġijiet rjali oħra, inkluż dak tal-Prinċipessa Eugenie, oħra Beatrice, dan it-tieġ mhux mistenni li jkun f’xandira diretta fuq it-TV Ingliż, Dan minħabba fl-iskandli li kien involute fih missier Beatrice, il-Prinċep Andrew, wara li ħarġu dettalji tal-ħbiberija tiegħu ma’ Jeffrey Epstein.

Il-Prinċipessa Beatrice u Edoardo Mapelli Mozzi ċċelebraw l-għerusija tagħhom f’Diċembru f’ċerimonja f’Chiltern Firehouse. Missierha il-Prinċep Andrew, ma kienx preżenti għal din l-okkażjoni.