It-theddid tal-Italja dwar l-immigrazzjoni jwassal għal problemi

L-Italja qed thedded li ma tħallix bastimenti mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea jġibulhom immigranti li ġabru fil-Mediterran sakemm l-Istati Membri ma jsibux modi kif iqassmu l-immigranti bejniethom, qalu uffiċjali fi Brussell.

Diplomatiċi ltaqgħu fi Brussell wara l-aħħar theddida mill-Italja dwar l-imigrazzjoni. Il-Gvern tagħha diġà ħalla numru ta’ bastimenti tas-salvataġġ mimlijin bl-immigranti bejn sema u ilma għal ammont ta’ ġranet.

Uffiċjali tal-UE qalu li Ruma taw l-Unjoni Ewropea ċans sal-aħħar t’Awwissu biex joħolqu pjan ta’ kif se jitqassmu l-immigranti, inkella mhux se jħallu bastimenti tal-Operazzjoni Sophia, mmexxija mill-UE, jidħlu fil-portijiet Taljani.