It-tfittxija għall-ajruplan li għeb tkompli f’żona ġdida

It-tfittxija għall-ajruplan tal-Malaysian Airlines li għeb aktar kmieni dan ix-xahar, issa qed issir f’żona oħra tal-Oċean Indjan.
L-awtoritajiet Awstraljani qed jgħidu li t-tfittxija issa se tiffoka f’żona li tinsab 1,100 kilometru mill-post fejn kien qed isir it-tiftix. Dan minħabba li minn aktar analiżi mill-informazzjoni tar-radar irriżulta li l-ajruplan kien għaddej b’veloċità ikbar u għalhekk kien qed juża aktar fuel.
Permezz ta’ ritratti mis-satelliti, diversi pajjiżi identifikaw oġġetti fil-baħar, iżda s’issa għad m’hemm l-ebda evidenza li huma relatati mal-ajruplan.