It-tfal tal-Prim Ministru jżuru Kastilja fil-btajjel tal-Għid…

Matul il-jum tal-bieraħ, ulied il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat dehru f’Kastilja igawdu l-btajjel tal-Għid qrib il-ġenituri tagħhom. Ma jonqosx li ta’ dik l-età, it-tfal jieħdu ġugarell magħhom, hekk kif waħda minnhom tidher iġġorr ballun f’idejha.

Intant dalgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-familja tiegħu ħallew Malta għal btala privata fl-Italja. Huma jaslu lura nhar it-Tnejn.