“It-tfal tal-iskola mhux jingħataw ħaxix mgħolli jew iffriżat” – Ministeru

Arkivji

Il-Ministeru għall-Ambjent wieġeb għal sensiela ta’ kummenti li ħarġu dan l-aħħar dwar il-ħaxix, il-frott u l-ħalib li jitqassam lit-tfal fl-iskejjel.
Il-Ministeru sostna li dawn huma kollha prodotti friski u ġenwini li ġejjin mill-pitkalija u mill-bdiewa Maltin. Iċċara li mhux minnu li l-ħaxix huwa mgħolli jew iffriżat, iżda dawn iridu jinżammu f’temperaturi baxxi.
Dwar it-tqassim tal-ħalib, il-Ministeru wieħeb li dan qed jitqassam f’ħin adattat li huwa bejn it-8 u l-10 ta’ filgħodu u f’kundizzjoni intatta fejn l-iskola hija mitluba li tiffirma għall-ħalib li tkun qed tirċievi.
Qal li permezz ta’ din l-iskema, il-ħalib qed jasal għand 70% iżjed tal-istudenti intitolati għalih.
Il-Ministeru tkellem ukoll dwar l-ippakkjar, fejn qal li l-Gvern qed jevalwa titjib għalkemm semma kif meta qabel il-frott kien jitqassam fil-boroż, kien hemm ukoll diversi ilmenti li l-frott qed jasal “mgħaffeġ” għand it-tfal.
Ritratt: Arkivji