It-tfal se jsalvawh lin-nannu mid-dinja tal-Agii?

Dalgħodu fl-10.15 fuq TVM se jkunu qed jixxandru żewġ epiosdji oħra mis-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton li oriġinarjament ixxandret fl-2011.

Fl-ewwel episodju għal-lum, Mark u Sharon issa moħħhom fin-nannu u kif se jerġgħu iġibuh lura fid-dinja tagħna. Jirnexxilhom jaħarbu imma kif ser immorru lura? Min-naħa l-oħra Xewka ħerqana biex turi lil Brimbu bil-priġunieri l-ġodda.

Fl-episodju li jixxandar ezatt wara, li jiġi t-tmien wieħed, naraw kif wara hafna taqtiegħ il-qalb, grazzi għal Nusu, Mark u Sharon jerġgħu jaslu lura fid-dinja tagħna u fil-kamra tagħhom qabel tinduna ommhom.

Imma kemm se jdumu sejrin hekk? U waqt dan kollu n-nannu xorta għadu priġunier fid-dinja ta’ Agii. Fejn jinsab?

Jiehdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn.

Il-kitba hi ta’ Dominic Said, produzzjoni ta’ Hermann Bonaci u direzzjoni ta’ Frida Cauchi.