It-tfal se jirċievu r-rigali kollha!

Wara biża' li seta' kien hemm tfal li kienu se jibqgħu b’xiber imnieħer u xewqithom ma kinitx se tinqata’, il-Ministeru għad-drittijiet tat-tfal informa fi stqarrija li nġabru r-rigali kollha tal-inzjattiva Children’s Dreams li tnediet f’Novembru li għadda. 
Stqarr li kien għad baqa' madwar 450 rigal li kienu għadhom ma waslux u dan wassal biex l-appell jiġi intensifikat ħalli l-wegħdiet ma’ dawn it-tfal jinżammu. 
Dan wasal biex il-ġenerożità ma naqsitx u diversi kienu dawk li għamlu tajjeb għal dawn ir-rigali.