“It-tfal se jilbsu l-maskri?” – Puli jistaqsi dwar ic-childcare u SkolaSajf

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli kkritika lill-Gvern li se jiftaħ iċ-childcare centres u SkolaSajf minħabba li qal li l-Gvern m’għandux pjan. Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, Puli qal li hemm għadd ta’ mistoqsijiet basiċi li l-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici għadu ma rrispondiex

Puli qal li l-aħbar li ta l-Prim Ministru Robert Abela li se jiftaħ iċ-childcare centres u SkolaSajf ħalliet ħafna nies sorpriżi.

Hu staqsa lill-Ministru kif se jiżgura li s-social distancing tinżamm fiċ-childcare centre meta tfal ta’ età żgħira jkollhom bżonn min jitmagħhom u jbiddlilhom. “L-stess tfal se jkollhom jilbsu l-maskri l-ħin kollu?” staqsa Puli. Huwa qal li jekk il-Gvern se jiftaħ SkolaSajf għandu bżonn l-ispazji doppji biex iżomm is-social distance.

Puli qal li l-ikbar mistoqsija tibqa’ dwar x’se jiġri f’Settembru li ġej meta l-vaċċin ikun għadu ma ġiex żviluppat. “L-iskejjel se jiftħu? X’inhu l-pjan tal-Gvern meta pajjiżi oħra għandhom pjanijiet f’posthom biex is-sena d-dieħla tkun e-learning s-sena kollha?”.

Puli kkwota lill-Professur Carm Borg li stqarr li l-e-learning trid pedagoloġija għaliha u bżonn ta’ leġislazzjoni apparti. Huwa qal li l-istess Borg stqarr li dak li qed jiġri bħalissa bl-e-learning huwa “improviżazzjoni u lapazzar”. Puli qal li l-pjan li semma fil-Parlament il-ġimgħa li għaddiet il-Ministru Bonniċi m’huwa xejn ħlief linji gwida tal-UNICEF.

Aktar kmieni…

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici stqarr fil-Parlament li l-Gvern huwa kommess li f’Settembru li ġej jiftaħ is-sena skolastika l-ġdida iżda se jimxi fuq dak li tgħid ix-xjenza.

Huwa qal li l-Gvern qiegħed isegwi l-‘framework’ tal-UNICEF dwar l-iskejjel, li jipprovdu għal diversi xenarji, waqt li joqgħod ma’ dak li jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta.

Bonnici qal dan waqt il-ħin tal-mistoqsijiet wara dwar is-sitwazzjoni tal-edukazzjoni minħabba l-coronavirus.

Fil-konferenza tal-lum ingħataw id-dettalji tal-11-il każ pożittiv li rriżultaw tul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn