It-tfal qed jiġu bullied? Pass pass x’għandek tagħmel

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Caruana Carabez, kiteb x’għandhom jagħmlu dawk il-persuni li jaħsbu li t-tfal li qed jieħdu ħsieb qed jiġu bullied.

Fuq Facebook, Caruana Carabez elenka pass pass, wieħed x’għandu jagħmel:

  1. Jekk taħseb li t-tfal qed jiġu bullied, tieħux ir-riedni f’idejk – aktarx tispiċċa fl-inkwiet
  2. Jekk it-tifel jew tifla ma jridux imorru l-iskola jew qed jibku u ma jridux jitkellmu fittex l-għajnuna medika – ċertifikat tat-tabib jista’ jgħinek fil-futur meta tfittex il-ġustizzja
  3. Issa mur għand l-awtoritajiet. Ibda mill-amministrazzjoni tal-iskola. Żomm kalm, jiġri x’jiġri
  4. Jekk ma tinqediex fittex l-għajnuna tal-Ombudsman.

Caruana Carabez qal li l-Ombudsman huwa l-protettur tal-poplu. Qal li ma jridx lin-nies jinkwetaw dwar it-tfal tagħhom jew li t-tfal jikbru u jkollhom problemi meta jkunu adulti. Żied jgħid li l-iskola m’għandiex tinbidel f’bitħa tal-ħabs fejn nies jistabilixxu ruħhom bħala l-mexxejja u l-oħrajn jispiċċaw skjavi.

“Għamel l-affarijiet skont it-triq it-tajba u tibżax. Inti mhux se tkun waħdek. Hi x’inhi n-nazzjonalità tiegħek, jiena naħdem ma’ nies umani. Is-servizz huwa b’xejn,” qal l-Ombudsman.

Wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Ombudsman fuq 2248 3200 jew inkella office@ombudsman.org.mt.

Words of advice from the Commissioner for Education to parents about bullying at schoolIf you suspect your child is…

Posted by Charles Caruana Carabez on Sunday, December 16, 2018

Caruana Carabez kien spiċċa f’rapporti tal-midja wara li kiteb artiklu intitolat The foibles of women. Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza Renee Laiviera ma weġbitx dwar jekk Caruana Carabez għandux jirriżenja fid-dawl ta’ artiklu tiegħu li qajjem furur kbir u li ġie deskritt bħala “sessist”. Renee Laiviera qalet li għalkemm għamlet sforz biex tipprova, ma setgħetx issib ir-raġuni għaliex inkiteb.