“It-tfal li għad iridu jitwieldu se jiġġudikawna fuq l-ambjent”

Iċ-Ċermen tal-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent Dr Franco Mercieca qal li t-tfal tal-lum u dawk li għad iridu jitwieldu, se jiġġudikawna dwar l-ambjent u għaldaqstant ir-responsabbiltà li dan is-settur jiġi protett.
Waqt l-ewwel laqgħa li kellu mal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA), Franco Mercieca spjega li d-dover ewlieni tiegħu hu li jipproteġi l-ambjent mingħajr ma jxekkel il-progress.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-MDA Sandro Chetcuti qal li mingħajr ambjent b’saħħtu, l-ekonomija ma tistax tikber.
Saħaq li b’dan il-mod biss jista’ jiġi assigurat l-investiment tal-400 membru tal-MDA, biex ikun ta’ benefiċċju għal dawk li jonfqu mijiet ta’ eluf ta’ ewro fl-ewwel dar.