It-tfal jistgħu jkunu mudelli

Tnediet l-inizjattiva Brillantini tal-Qari bil-għan li tippromwovi l-imħabbi għall-qari.
Permezz tal-Brillantini tal-Qari t-tfal u l-adolexxenti li jħobbu jaqraw se jiġu rikonoxxuti talli huma jservu ta’ mudell għal tfal oħra meta jaqraw f’postijiet pubbliċi.
L-inizjattiva hija mtellgħa mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Waqt it-tnedija, erba’ studenti ngħataw ċertifikat ta’ rikonoxximent u għotja ta’ kotba.