It-tfal jibdew jiksru r-regoli

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Issa Naraw li jixxandar fuq TVM fit-3pm se nsegwu kif l-argumenti fil-familja Sammut ikomplu l-aktar fuq il-ħinijiet tad-dħul ta’ bil-lejl tat-tfal.

Għalkemm John jidher li issa beda jisma’ minn missieru, in-nannu Lino, it-tfal jibdew jiksru aktar ir-regoli tad-dar: Tony joħroġ u ma jasal qatt, Victoria tibqa’ barra sa tard bil-lejl u ħadd ma jaf fejn hi. Marija tmur Għawdex u tiġi lura mal-vapur tas-sagħtejn, waqt li Marthese tiddeċiedi li għandha bżonn ftit aktar spażju, allura tmur toqgħod id-dar ta’ missierha.

Lino u John jispiċċaw weħidhom qishom mumji. Lino bil-kalma kollha jibda jaħseb.