​“It-tfal iridu jsiru iktar konxji tal-perikli tal-internet” – Miriam Dalli

L-ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli qalet li l-pajjiiż kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom jaddottaw politika proattiva fil-ġlieda kontra l-abbuż onlajn tal-minuri. 
Waqt lagqgħa ma’ diversi entitajiet fosthom l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, is-Cyber Crime Unit u l-Aġenzija Appoġġ, saħqet dwar l-importanza tas-sehem tal-ġenituri u l-edukaturi. Qalet li dawn, flimkien mat-tfal, għandhom ikollhom diskussjoni onesta dwar ir-riskji tal-internet.
Ġiet diskussa drawwa ġdida li qed tiżviluppa fejn ikunu l-minuri stess li jxerrdu ritratti indiċenti tagħhom.