It-tfal imħeġġa jipparteċipaw fil-Konkors tal-Poeżija

L-istudenti li jattendu s-sitt sena tal-Primarja u l-ewwel sena tas-Sekondarja jistgħu jipparteċipaw fil-Konkors tal-Poeżija għat-Tfal.
Dan il-konkors tnieda mill-Għaqda Poeti Maltin bil-għan li titrawwem l-imħabba għall-poeżija u l-kultura sa minn età żgħira.
L-istudenti parteċipanti jridu jkunu ta’ bejn id-disgħa u l-11-il sena. Il-poeżiji li jissottomettu jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u s-suġġett huwa wieħed liberu. Kull poeżija ma tridx tkun itwal minn 30 vers.
L-aħħar sottomissjonijiet jidħlu fil-15 ta’ April 2014.
Għal aktar dettalji wieħed jista’ jidħol fuq is-sit tal-Għaqda Poeti Maltin.