It-tfal iġorru l-coronavirus sa tliet ġimgħat – Studji

FILE PHOTO: Egyptian clown Ahmed Naser, performs to entertain and help children to put on face masks as a preventive measure amid concerns about the spread of the coronavirus disease (COVID-19), in Darb Al-Ban district at Islamic Cairo, Egypt April 13, 2020. Picture taken April 13, 2020. REUTERS/Mohamed Abd El Ghany/File Photo

Skont studju ppublikat fil-Korea t’isfel, it-tfal iġorru l-coronavirus fuqhom sa tliet ġimgħat fl-imnieħer.

Studji oħra urew fil-maġġor parti tagħhom it-tfal ikollhom sintomi ħfief jew l-ebda sintomi. Madanakollu dan l-aħħar studju qed juru kif minkejja dan, it-tfal jistgħu jinfettaw oħrajn daqs l-adulti.

L-istess publikazzjoni qed tinsisti dwar l-importanza li tinżamm id-distanza soċjali u l-iġiene hekk kif it-tfal qegħdin jirritornaw l-iskola.

Il-President tal-Royal College of Paediatrics and Child Health il-Professur Russell Viner spjega kif dan l-istudju tfal sa taħt it-12 -il sena huma inqas suxxettibbli għall-influwenza tal-Covid-19 iżda jekk taqbadhom kapaċi jinfettaw lill-oħrajn.