“It-tfal salvati huma iktar importanti mir-ross li tlift”

Din il-mara tilfet kull ma kellha fl-għelieqi tagħha meta 130 miljun litru ta’ ilma intremew hemmhekk wara li ġew ippumpjati biex ġew salvati it-12 il-tifel li kienu nqabdu f’għar fit-Tajlandja.

Mae Bua Chaicheun wieġbet li “It-tfal huma importanti iktar mir-ross. Nistgħu nerġgħu inkabbru r-ross imma it-tfal ma nistgħux nerġgħu inkabbruhom.”