It-tfal għandhom vuċi?

Read in English.

Ħafna drabi tisma’ lil min jgħid li t-tfal pedina important fis-socjetà tagħna. Imma fil-verità, għandhom vuċi jew qed niddeċiedu kollox għalihom? It-tfal huma ċittadini sħaħ jew nittrattawhom qishom ma jafu xejn?

Jieħdu sehem fid-diskussjoni: Remenda Grech, id-Direttur tad-Direttorat Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ), l-opinjonista Russell Sammut, Dr Lorraine Azzopardi li hija psikjatra tat-tfal, Sandrine Borg, is-Segretarju Ġenerali fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, Kurt Abela li huwa l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni ta’ Kellimni.com, Federica Coleiro, membru fil-Kunsill tat-Tfal fi ħdan il-Kummissarju tat-Tfal u Dr Ruth Farrugia li hija avukat u lettur. 

Andrew Azzopardi on 103 jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq 103 Malta’s Heart fl-10am u wara fuq Newsbook.com.mt