It-tfal fil-bżonn fl-Albanija se jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

Ġie ppubblikat il-programm taż-żjara ta’ jumejn li l-Papa Franġisku se jagħmel fl-Albanija f’Settembru li ġej.
Il-Papa se jħalli Ruma fil-21 ta’ Settembru filgħodu għal ajruport ‘Madre Tereża’ f’Tirana, fejn se jiġi milqugħ mill-Prim Ministru Edi Rama.
L-ewwel laqgħa uffiċjali tiegħu se tkun mal-President tal-Albanija Bujar Nishani, imbagħad se jiltaqa’ ma’ awtoritajiet politiċi oħra.
Fil-11 ta’ filgħodu, il-Papa Franġisku se jiċċelebra Quddiesa fi Pjazza Madre Tereża. Wara nofsinhar se jindirizza l-mexxejja ta’ reliġjonijiet oħra.
L-għada filgħodu, il-Papa se jżur lit-tfal fiċ-Ċentru Betania, flimkien ma’ diversi persuni ġejjin minn ċentri ta’ karità oħra fl-Albanija.
Huwa mistenni jirritorna l-Italja, it-Tnejn 22 ta’ Settembru.