It-tfajla li weġġgħet f’Għar id-Dud toħroġ mill-isptar

It-tfajla ta’ 19-il sena, li lbieraħ kienet bilqiegħda fuq bank meta karozza baqgħet tielgħa fuq il-promanade ta’ Għar id-Dud, ħarġet mill-isptar.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li t-tfajla ngħatat il-kura kollha meħtieġa u wara ffirmat biex toħroġ mill-isptar.
Għalkemm l-inċident seta’ kellu konsegwenzi aktar koroh, jidher li t-tfajla Belġjana ma ġarbitx ġrieħi kbar u lanqas l-anzjana li kienet fil-viċin.
Ma’ Newsbook.com.mt, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ minħabba ħsarat fil-karozza.
 
Ritratt: MRTU