It-tewmin li twieldu fi snin differenti!

Ġieli nisimgħu b’tewmin li jitwieldu fi ġranet differenti, iżda rari nisimgħu b’tewmin li jitwieldu fi snin differenti!
Tewmin minn San Diego fl-Istati Uniti twieldu biss ftit minuti ‘l bogħod minn xulxin, iżda filwaqt li Jaelyn twieldet fl-aħħar minuti tal-2015, ħuha Luis twieled fl-ewwel minuti tal-2016!
Il-missier qal li l-omm, Maribel, xtaqet li jitwieldu fl-istess ġurnata ħalli meta jikbru t-tfal ma joqogħdux jargumentaw dwar min twieled l-ewwel. Sostna li, barra minn hekk, se jibda jkollhom problema għall-parties ta’ għeluq sninhom, li jaqa’ fi ġranet differenti.
It-tewmin, flimkien ma’ ommhom, huma b’saħħithom u kuntenti.
Il-missier qal li kienet barka tal-Ewwel tas-Sena li jkollhom żewġt itfal b’saħħithom.